Żewġ anzjani, raġel ta’ 70 sena u mara ta’ 68 sena residenti n-Naxxar weġġgħu wara li ntlaqtu minn mutur fi Triq tal-Balal, in-Naxxar.
Il-mutur kienet qed jinstaq minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti n-Naxxar ukoll.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-persuni kolla ngħataw l-għajnuna minnufih minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanzi.
Aktar tard l-anzjan ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur u l-mara ta’ 68 sena sofrew minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.