Min tgħaddilu minn rasu li jwettaq reati bħal dawn se jinqabad u jrid jiffaċċja l-konsegwenzi.
Kiteb dan fuq il-midja soċjali l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, b’reazzjoni għas-serqa li seħħet il-Ġimgħa filgħaxija fiż-Żurrieq, li ħalliet raġel fil-periklu tal-mewt.
B’rabta ma’ dan il-każ, il-Pulizija arrestat mara Maltija u żewġt irġiel barranin li kienu qegħdin flimkien Tas-Sliema lbieraħ filgħaxija.
Fuq Facebook, il-Ministru Camilleri kiteb li s-soċjetà u l-istat ma jittollerawx aġir bħal dan – ġej minn fejn ġej u jagħmlu min jagħmlu.
F’din is-serqa, anzjan mill-Fgura li kien fil-ħanut tħalla marbut ferut serjament, tant li qed jiġġieled għal ħajtu fl-Isptar Mater Dei.