5 individwi u traffikant tressqu l-Qorti separatament wara li allegatament ppruvaw jaħarbu minn Malta.
Il-ħames persuni, tliet nisa u żewġ irġiel Vjetnamiżi, li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 16 sa 33 sena, ppruvaw jitilqu minn Malta permezz ta’ vann, fuq vjaġġ bil-katamaran bejn Malta u Sqallija nhar is-Sibt.
Il-Pulizija, sabu lill-persuni jistaħbew fil-kabords tal-vann.
Vjetnamiż ieħor, li joqgħod il-Fillandja, allegatament assista lill-grupp sabiex jaħarbu.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-arresti huma parti minn investigazzjoni aktar kumplessa, fejn qed jiġu osservati diversi persuni jipprovaw jitilqu minn pajjiżna illegalment.
Żiedet tgħid li min irid jitlaq għandu jagħmel dan legalment, billi javviċina l-pulizija tal-migrazzjoni.
Il-ħames persuni wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-minuri ġie mogħtija sentenza ta’ tliet xhur priġunerija, filwaqt li l-oħrajn ingħataw sentenza ta’ sitt xhur priġunerija.
Ir-raġel li kien qed jassistihom wieġeb mhux ħati, hekk kif qal li ma kienx jaf li dawn ma kellhomx id-dokumenti neċessarji, iżda aktar tard wieġeb ħati.
Huwa ingħata sentenza ta’ sena ħabs u multa ta’ €5,000 li għandha titħallas bin-nifs, kull xahar.