Kelliema għall-kampanja elettorali ta’ Donald Trump, qalu li s’issa daħħlu madwar $7.1m dollaru.
Dan minn meta ittieħed il-mugshot wara l-arrest tiegħu, f’Atlanta, il-Georgia, nhar il-Ħamis li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-maġġoranza tal-flus, inġabru minn diversi prodott, fosthom bi flokkijiet b’dan ir-ritratt.
L-eks President Trump, ingħata l-ħelsien mill-arrest, fuq l-akkużi li pprova jbiddel ir-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali tal-2020.
Huwa qed jaffaċċja wkoll diversi akkużi oħrajn, liema akkużi huwa jgħid li għandhom aġenda politika kontrih.