San Ġiljan JP Projects rebħu l-ewwel logħba mill-play offs għar-rebħ tal-kampjonat Premier tal-Waterpolo meta, fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq is-sibt filgħaxija, għelbu lil Neptunes Videoslots 12-10.
Għal San Ġiljan din kienet l-ewwel rebħa kontra Neptunes fil-kampjonat dan l-istaġun u issa jinsabu rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tal-kampjonat tas-sajf.
San Ġiljan bdew tajjeb ħafna fl-ewwel sessjoni hekk kif ħarġu rebbieħa 4-2.
Kumbattuta u mimlija azzjonijiet it-tieni sessjoni li rat lil Neptunes jirbħu 4-3.
Il-bilanċ bejn iż-żewġ timijiet kompla fit-tielet sessjoni, sessjoni li għal darb’oħra intrebħet mit-team ta’ Neptunes bi skor ta’ 2-1, biex ir-raba’ sessjoni bdiet biż-żewġ timijiet f’parita’ ta’ 8-8.
Il-ġiljaniżi żiedu r-ritmu fl-aħħar sessjoni. Huma rebħu din is-sessjoni 4-2 biex dawru r-riżultat favur tagħħhom għal skor finali ta’ 12-10.
L-aħjar skorer tal-logħba kien il-plejer awstraljan ta’ San Ġiljan Aaron Younger li skorja ħames goals. Min-naħa tagħhom Steve Camilleri (Neptunes) u Matthew Żammit (San Ġiljan) skurjaw tliet goals kull wieħed.
It-tieni logħba mill-play offs finali issa ssir għada t-Tnejn fis-19:30. Rebħa għal San Ġiljan tarahom jiġu inkurunati champions għat-13 -il darba fl-istorja.
Ritratt: Dominic Aquilina