F’San Pietruburgu, diversi persuni affiljati mal-grupp Merċenarju Russu Wagner, sellmu l-memorja tal-kap tal-istess grupp, Yevgeny Prighozin.
Dan wara li tilef ħajtu, abbord ajruplan li ġġarraf fir-reġjun ta’ Tver fuq Moska.
L-ajruplan kellu fih għaxar persuni – seba’ passiġġieri u tliet membri tal-ekwipaġġ, inkluż Prighozin.
Fil-ħin li ġġarraf, l-ajruplan kien fi triqtu għal San Pietruburgu minn Moska.
Prighozin kien imexxi l-grupp tal-Wagner li lura f’Ġunju li għadda sfida t-tmexxija ta’ Putin b’25,000 suldat minn tiegħu u wettaq ribelljoni.
B’reazzjoni Putin kien sejjaħ l-isfida mill-kap tal-forza Merċenarja bħala “tradiment” u li mar kontra x-xewqat l-awtoritajiet Russi. Dakinhar Putin kien wiegħed li ser jikkastiga lil dawk involuti.
Prigozhin l-aħħar li deher kien propju jumejn ilu hekk kif xandar filmat fejn sostna li l-grupp tiegħu qed ikompli jgħin iwassal Afrika aktar ħielsa.