L-ispeċi ta’ pingwini, Emperor Penguins, qedgħin fir-riskju li jiġu estinti hekk kif it-tisħin globali qed tkompli jdewweb is-silġ tal-Antartika.
Skont studju ppublikat fil-ġurnal tan-Nature Communications Earth and environment, erba’ minn ħames kolonji ta’ dan it-tip ta’ pingwin ma raw l-ebda fellus ħajj, minħabba li ż-żona qed tesperjenza nuqqas enormi ta’ silġ.
L-Emperor penguins jiddependu fuq is-silġ tal-baħar stabbli biex ibejtu u jrabbu l-flieles tagħhom.
Skont il-ġurnal, din hija l-ewwel darba li l-kolonji ta’ dan it-tip ta’ pingwini qed jesperjenzaw riskju ta’ estinzjoni. Huma qed jisħqu li aktar minn 90% ta’ dawn il-pingwini se jkunu kważi estinti sas sena 2100 jekk il-klima tibqa’ tisħon b’din ir-rata.