Zhou Jiankang, Ċiniż ta’ 55 sena, ingħata l-libertà proviżorja wara li allegatament abbuża sesswalment tifel ta’ disa’ snin li kien m’ommu f’ħanut fil-Mosta, aktar kmieni dan ix-xahar.
Fil-Qorti ntqal li l-filmati tas-sigurtà mill-ħanut ma jħallu l-ebda dubju.
Il-ħelsien mill-arrest ingħata wara li saret talba mill-ġdid mill-avukati tal-imputat wara li meta tressaq l-ewwel darba, il-Qorti ċaħdet it-talba tad-difiża.
L-akkużat li hu ħaddiem fil-ħanut, ingħata l-bail b’depożitu ta’ ħamest elef ewro u garanzija personali ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro.