Bħala parti minn strateġija ta’ prevenzjoni, il-Korp tal-Pulizija, ta’ kuljum għaddej b’ħidma fil-qalba tal-komunità.
Fost oħrajn illum komplew l-ispezzjonijiet b’rabta mal-imigrazzjoni, fosthom f’residenzi, vetturi u żoni partikolari.
Il-Pulizija bl-għajnuna tal-uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni, għamlet dawn l-ispezzjonijiet, fil-Marsa, Ħal Qormi, Wied il-Għajn u Birżebbuġa.
Il-persuni li nstabu jgħixu f’pajjiżna irregolarment, qed jinżammu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni, filwaqt li se jkunu rilokati lejn il-post li jirrisjedu fih, fi ftit jiem.
In-nazzjonalitajiet tal-persuni misjuba huma mis-Serbja, mill-Marokk, mis-Sirja, mill-Ghana, mill-Gambja, mill-Mali, min-Niġerja u mill-Guinea.
Intant, qed issir ukoll kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, fosthom Transport Malta u l-Lesa.