Filmati xokkanti juru l-aħħar mumenti qabel l-ajruplan privat ta’ Yevgeny Prigozhin, il-kap tal-grupp merċenarju Wagner, iġġarraf fir-reġjun ta’ Tver fuq Moska qajmu l-ispekulazzjoni dan seta’ kien fil-mira ta’ missili sparati mill-art.
Il-mewt ta’ Prigozhin seħħet wara ftehim li ntlaħaq bejnu u l-Kremlin li temm kolp ta’ stat fuq Moska, li ġie abbandunat f’Ġunju li għadda.
L-ajruplan Brażiljan tat-tip Embraer Legacy 600 executive jet kien qed iġorr lil Prigozhin fost għaxar persuni, seba’ passiġġieri u tliet membri tal-ekwipaġġ, wieħed minnhom il-Kmandant ta’ Wagner Dmitry Utkin.
Permezz tas-sit elettroniku Flightradar24, jidher li l-ajruplan kellu inżul rapidu fl-aħħar 30 sekonda tat-titjira tiegħu. L-aġenzija tal-avjazzjoni tar-Russja, irrapportat li l-ajruplan kien fi triqtu minn Moska għal San Pietruburgu, iżda ġġarraf qrib ir-raħal ta’ Kuzhenkino.
Prigozhin l-aħħar li deher kien proprju jumejn qabel mewtu hekk kif xandar filmat aktarx mill-Afrika fejn sostna li l-grupp tiegħu qed ikompli jgħin biex iwassal għal kontinent aktar ħieles.