Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump attakka lil midja f’attivitá fl-istat ta’ Florida. Trump qal lill-udjenza preżenti li l-midja ma tridx tirrapporta l-verita u li għandha l-aġenda tagħha.
Trump iddefenda l-ħidma tiegħu u stqarr li l-Presidenza tiegħu qed iġġib ir-riżultati u s-suċċessi. Huwa nsista li taħt il-Presidenza tiegħu, l-ispirtu ta’ ottimiżmu qed jinfirex fl-Istati Uniti. F’Melbourne, Trump saħaq li bid-diskors tiegħu qed jappella lill-Amerikani li ma jagħtux każ l-aħbarijiet foloz.
“Il-midja hija diżonesta, dawk li se jivvintaw stejjer fuqi se jiġu esposti,” sostna Trump.