Bħal-lum 101 sena, Amelia Earhart, kienet l-ewwel mara li tajret ajruplan waħidha, fuq l-Istati Uniti.
Hija taret minn Los Angeles sa Newark, b’titjira ta’ kważi 4,000 kilometru li ħadet rekord ta’ 19-il siegħa u 5 minuti.
Hija b’hekk naqqxet isimha fl-istorja, bl-aktar distanza u ħin.
Is-sena ta’ wara Earhart, reġgħet għamlet l-istess titjira, din id-darba, b’rekord ġdid ta’ 17-il siegħa u 7 minuti.
Fil-11 ta’ Jannar tal-1935, Earhart kienet l-ewwel persuna li taret fuq il-Paċifiku, bejn Honolulu, il-Hawaii u Oakland.
Din kienet ukoll l-ewwel titjira fejn ajruplan tal-passiġġieri fejn intuża radju ‘two-way’.
Earhart twieldet fl-24 ta’ Lulju tal-1897, f’Kansas.
Hija taret l-ewwel darba fuq ajruplan fl-1920, u kien dan li xprunaha tieħu lezzjonijiet f’dan ir-rigward.
Fl-1921, hija xtrat l-ewwel ajruplan, u sentejn wara saħansitra kisbet il-liċenzja biex ittir.
Fl-1930, hija xtrat l-Ajruplan li kien se jwassal sabiex isimha jkun fost l-aktar strumentali fid-dinja tal-avjazzjoni.
Fl-għodwa tat-2 ta’ Lulju tal-1937, hija u n-navigatur tagħha, Fred Noonan, telqu min-New Guinea, iżda qatt ma waslu fid-destinazzjoni pjanata.
Minkejja t-tfittxijiet li saru, huma baqgħu qatt ma nstabu.
Earhart ġiet iddikjara uffijalment mejta, fil-5 ta’ Jannar tal-1939.