Ġiraffa, li għadha kif twieldet fiż-Zoo ta’ Tennessee, fl-Istati Uniti tal-Amerka, qed tiġbed l-attenzjoni minħabba li m’għandhiex id-disinn partikolari li huma magħrufin għalihom dawn il-mammiferi.
Il-ġiraffa, li diġà fiha 6 piedi u twieldet fil-31 ta’ Lulju, hi meqjusa bħala rari u speċjali. Minn dak li hu magħruf, l-aħħar twelid ta’ ġiraffa mingħajr tikek f’zoo, kien seħħ f’Tokjo wieħed u ħamsin sena ilu.
Fis-selvaġġ, din il-partikolarità fil-ġilda tal-ġiraffa sservi bħala camouflage fis-Savannah tal-Kenja biex jinħbew mill-predaturi.
Jirriżulta li l-popolazzjoni tal-ġiraffi fis-selvaġġ naqset b’madwar 50% fl-aħħar 35 sena u llum għad fadal biss madwar 16,000.
A rare spotless giraffe has been born at Brights zoo in Tennessee. 🦒
— Sky News (@SkyNews) August 22, 2023
It is believed to be the only solid-coloured reticulated giraffe in the world
Read more👉 https://t.co/t9MDodOVIi pic.twitter.com/Ytlb4yZ9fY