Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali qalet li ħadet nota ta’ dak irrapportat fil-mezzi tax-xandir dwar ir-rikors ippreżentat fil-Qorti tal-Maġistrati b’allegazzjonijiet ta’ prattiċi irregolari fil-ħruġ tal-Karti tal-Identità.
Dan filwaqt li stqarret li tagħmilha ċara li ma għandha l-ebda rwol fil-ħruġ tal-Karta tal-Identità.
Il-Kummissjoni Elettorali temmet tgħid li qiegħda ssegwi mill-qrib l-iżviluppi ta’ dan il-każ, u tiddikjara li lesta tikkoopera bis-sħiħ kemm-il darba jkun meħtieġ minnha.