Il-kantant-awtur famuż Taljan Toto Cutugno miet fl-Isptar San Raffaele ta’ Milan fejn kien rikoverat.
Magħruf għal diversi suċċessi, partikolarment id-diska ‘L’Italiano’, li daret id-dinja kollha fost il-komunitajiet ta’ immigranti Taljani, Cutugno kien għadu kemm għalaq 80 sena x-xahar li għadda.
L-aħbar ingħatat mill-maniġer tiegħu Danilo Mancuso fejn spjega li, wara marda twila, saħħet il-kantant marret għall-agħar fl-aħħar xhur.
Cutugno, li twieled fis-7 ta’ Lulju tal-1943 fil-lokal ta’ Fosdinovo fil-provinċja ta’ Massa-Carrara, kien rebaħ il-Eurovision Song Festival fl-1990 bil-kanzunetta ‘Insieme: 1992’, waqt li pparteċipa fil-Festival ta’ Sanremo 15-il darba, fosthom fejn iddomina b’‘L’Italiano’ fl-1983.
Kanzunetti oħrajn popolari ta’ dan il-ġgant tal-mużika Taljana jinkludu ‘Il Tempo Se Ne Va’, ‘La Mia Musica’ u ‘Solo Noi’, fost oħrajn.