Il-programm popolari Pink Panther f’Ottubru li ġej ser jirritorna fuq ONE għall-ħmistax il-skeda tiegħu. Dan il-programm iddedikat kollu kemm hu għal min irabbi l-annimali, huwa sors ta’ tagħlim kontinwu. Kien b’dan il-ħsieb li ħmistax-il sena ilu twieled PINK PANTHER.
”Minn qatt kellu jgħidli li din il-ħolma mimlija b’passjoni kbira għall-annimali sejra ssir realtà u tasal s’hawn?”
NEVISE BORG CALIGARIREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Nevise Borg Caligari, l-moħħ wara l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ dan il-programm tgħid li l-annimali m’humiex biċċa għamara jew oġġett li żżommu sakemm qed jaqdik jew għandek bżonnu. Hi tistqarr tgħid li l-annimali jħobbuna immens u meta wieħed jiddeċiedi li jrabbi pet għandu jidhol ghaliha b’serjeta’ kbira u jkun jaf għalxiex dieħel.
”Inweġġa’ ħafna meta hawn min jabbanduna l-annimali tiegħu meta jixjieħu u jibdew il-problemi. Hemmhekk huwa żmien fejn għandna npattulhom lura għall-imħabba kbira li jkunu tawna u nagħmlu dak kollu possibli sabiex intawlu ħajjithom bl-aktar mod komdu.”
NEVISE BORG CALIGARI
Nevise tappella biex kulħadd jaħsibha sew qabel ma jaddotta jew jixtri pet, hu x’inhu, għax kieku jkollna soċjetà ħafna aħjar. Temmen li m’huwiex sew li nippruvaw neħilsu mill-pets tagħna u fl-istess ħin nitfgħu piż kbir fuq diversi voluntiera u santwarji li jaħdmu bla waqfien għall-annimali abbandunati.
Għalhekk għal skeda oħra, Nevise u l-mistiedna tagħha se jkunu qed ikomplu jagħtu diversi nformazzjoni ta’ saħħa, kura, nutrizzjoni, grooming fuq diversi tipi ta’ pets kif ukoll il-programm se jkompli jgħin lil diversi annimali jsibu ħajja aħjar.