Il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol matul it-tieni kwart tal-elfejn tlieta u għoxrin żdied bi 13.6% meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena ta’ qabel.
Dan ħareġ miċ-ċifri uffiċjali, li ġew ippublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li wera kif iż-żidiet imqabbel mal-istess perjodu fl-2022 dehru fl-oġġetti tal-konsum, oġġetti kapitali u fl-oġġetti intermedji, filwaqt li ġie rreġistrat tnaqqis minimu ta’ wieħed fil-mija fl-enerġija.
L-istess ċifri wrew li, meta mqabbel mat-tieni kwart tal-elfejn tnejn u għoxrin, l-għadd ta’ impjiegi industrijali żdied bi tnejn punt wieħed fil-mija.
In-numru ta’ sigħat maħduma fl-industrija u l-pagi u s-salarji gross, aġġustati bil-jiem tax-xogħol żdiedu b’wieħed punt tnejn fil-mija u bi tminja punt erba’ fil-mija rispettivament.
Fit-tieni kwart tal-elfejn tlieta u għoxrin, il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bi tnejn punt sebgħa fil-mija fuq it-tliet xhur taʼ qabel.
Kienu rreġistrati żidiet fil-gruppamenti industrijali ewlenin kollha.
L-ogħla żieda fit-tieni kwart imqabbla mal-ewwel kwart tal-2023 dehret fl-oġġetti tal-konsum b’ 7.4 fil-mija.
Warajha kien hemm iż-żieda fl-enerġija ta’ 2.1 fil-mija, fl-oġġetti kapitali bi 2.0 fil-mija u fl-oġġetti intermedji b’0.8 fil-mija.