L-eks President Amerikan Repubblikan, Donald Trump sostna li qed jippjana li jagħti lilu nnifsu b’idejh il-Ħamis li ġej lil Qorti fl-istat ta’ Georgia sabiex ikun jista’ jaffaċċja akkużi dwar indħil elettorali.
Imħallef f’Atlanta ffissa l-ħelsien mill-arrest ta’ Trump fuq garanzija ta’ mitejn elf dollaru Amerikan. L-istess ftehim jgħid li Trump jista’ jibqa’ meħlus sakemm jitlesta l-proċess ġudizzjarju b’rabta ma’ dan il-każ, ladarba ma jintimidax jew jhedded ebda xhieda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Trump qed iwieġeb mhux ħati għal tlettax il-akkuża, fosthom rapporti foloz.