Dalgħodu, għall-ħabta tal-għaxra, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens, l-Imsida.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li anzjan ta’ 88 sena residenti San Ġwann, intlaqat minn mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.