L-infermiera li kkawżat il-mewt ta’ seba’ trabi u li ppruvat toqtol sitta oħra, fir-Renju Unit, ingħatat sentenza ta’ għomor il-ħabs, mingħajr possibilità ta’ parole.
Dan hekk kif il-Maġistrat iddeskriva dan il-każ bħala “kattiv”.
Lucy Letby irrifjutat li tidher fil-Qorti. Fil-fatt b’rabta ma’ dan, il-Prim Ministru tal-pajjiż, Rishi Sunak, qal li l-Gvern qed jippjana li jirriforma l-liġi, f’dan ir-rigward.
Waħda mill-ġenituri tat-trabi maqtula, qalet li l-qtil ta’ binha kien donnu “storja tal-waħx”.
Aktar ġenituri, tat-trabi li Letby ppruvat toqtol, qalu li issa uliedhom għandhom diżabilita, b’kawża ta’ dan.