Il-captain tat-tim Spanjol tan-nisa, Olga Carmona, li skurjat il-gowl rebbieħ fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa kontra t-tim nazzjonali Ingliż, kellha tingħata aħbar kerha mmens.
Dan hekk kif wara l-logħba, li fissret l-ewwel Tazza tad-Dinja għat-tim Spanjol tan-nisa, kellha tingħata l-aħbar tal-mewt ta’ missierha.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li missierha miet il-Ġimgħa li għadda, wara li kien ilu jikkumbatti ma’ marda kiefra.
Fuq il-midja soċjali, Carmona kitbet li missierha jinsab kburi biha u li taf li kien qed isegwiha. Qalet li mingħajr ma kienet taf hija kellha stilla magħha u sostniet li tagħha s-saħħa li tikseb dan it-tragward storiku għal pajjiżha.