Seba’ persuni, inkluż tifel ta’ sitt snin, ġew maqtula f’attakk bil-missili fit-Tramuntana tal-Ukrajna, fil-belt ta’ Chernihiv, viċin il-fruntiera tal-Belarus.
Dan stqarru l-Ministru għad-Difiża Ukren, li spjega kif 12-il tifel u tifla kienu fost id-90 persuna midruba, minħabba dan l-attakk minn missila Russa.
Huma ġew milquta, meta kienu fi triqithom lejn il-Knisja, sabiex jiċċelebraw festa reliġjuża, meta ntlaqtu mill-missila.
Barra minn hekk, dan l-attakk ukoll ikkawża ħsarat fuq il-pjazza, il-binja tal-Università u teatru.
F’filmat li ppubblika l-President Ukren Volodymyr Zelensky, dehru diversi vetturi mkissra, il-pjazza mgħottija bit-tifrik u katavru.