L-Isptar fejn kienet taħdem Lucy Letby, naqas milli jinvestiga, u pprova jrażżan lit-tobba.
Dan qalu l-konsulent fit-taqsima tat-trabi, tal-istess sptar, Dr. Steven Brearey, mas-sit internazzjonali, BBC.
L-amministrazzjoni tal-isptar naqset ukoll milli ċċempel lill-Pulizija, minkejja diversi twissijiet.
Dan il-konsulent, ressaq l-ewwel ilmenti u dubji, lura f’Ottubru tal-2015.
Minkejja dan, ma ttieħdet ebda azzjoni, u l-infermiera attakkat ħamest itrabi oħra, bil-konsegwenza li qatlet tnejn.
Omm wieħed mill-vittmi tkellmet ukoll, dwar kif semgħet lil binha jibki ħafna, u kif filli kien qed jaqleb għall-aħjar, u filli spiċċa f’qagħda kritika.
Intqal ukoll li r-rata ta’ mortalità tal-Isptar, normalment ta’ tliet trabi fis-sena, intlaħqet fix-xahar ta’ Ġunju biss u dejjem meta Letby kienet xogħol.
Hija nstabet ħatja li qatlet sebat itrabi, filwaqt li ppruvat toqtol sitta oħra, fit-taqsima tat-trabi, fl-Isptar Countess of Chestire, f’Cheshire.
Dawn il-każijiet seħħu bejn Ġunju u Ottubru tal-2015, u imbagħad, minkejja xhur ta’ twissijiet, f’Ġunju tal-2016.
Ritratt: Sky News