L-infermiera Lucy Letby instabet ħatja li qatlet sebat itrabi tat-twelid waqt li suppost kienet qed tieħu ħsiebhom.
Dan il-każ imur lura bejn Ġunju tal-2015 u Ġunju tal-2016 fl-Isptar Countless f’Chester l-Ingilterra.
Letby ta’ 33 sena qed tiġi msejħa bħala l-iktar persuna li qatlet trabi fi żminijet tal-lum.
Hija nstabet ħatja wkoll li ppruvat toqtol sitt itrabi oħra u l-ġurija baqgħet inċerta dwar jekk għandhiex issibha ħatja fuq attentat ta’ qtil ta’ erba’ trabi oħra.
Hija ma nstabitx ħatja ta’ żewġ akkużi ta’ attentat ta’ qtil, u se tingħata s-sentenza nhar it-Tnejn.
Intant il-Pulizija qed tinvestiga d-dħul ta’ 4,000 tarbija fl-isptarijiet fejn ħadmet Letby mill-2012 sal-2016.
Id-Direttur Mediku tal-Isptar Countless qal li l-ħaddiema kollha jinsabu imweġġgħin b’dan il-każ iżda tenna li minn meta Letby bdiet taħdem hemm saru bidliet sinifikanti.