Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Nadur.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Mitsubishi RVR, misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti n-Nadur u mutur Miku Super, misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti n-Nadur ukoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet ix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.