L-eks Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz ġie mixli li għamel dikjarazzjoni falza quddiem il-kumitat parlamentari li qed jinvestiga allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni minn membri tal-Gvern preċedenti tiegħu.
Dan wara li Kurz irriżenja fis-sena 2021 wara rejd fl-uffiċini tiegħu minħabba akkużi ta’ tixħim.
Dawn ir-rejds saru kemm fl-uffiċċju ta’ Kurz u anke fil-kwartieri tal-Partit Konservattiv li kien imexxi.
L-allegazzjonijiet kienu jinkludu li Kurz u l-Partit Konservattiv xaħħmu lill-gazzetta lokali biex tgħin lilu u l-partit tiegħu u li t-tixħim involva fondi pubbliċi u b’hekk il-gazzetta tħallset minn flus tal-Ministeru għall-Finanzi.
F’risposta li ta l-eks Kanċillier fuq Twitter ftit wara li ġie infurmat li l-akkużi kontrih huma imminenti, qal li huwa sorpriż li l-Prosekuzzjoni ddeċidiet li jressqu dan l-ilment quddiem il-Qorti Kriminali minkejja 30 xhud li qal bil-kontra.