Xufier ta’ mutur ta’ 26 sena li joqgħod Ħal Qormi weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għal xi l-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq is-Santwarju.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta
bejn mutur Coopop misjuq mir-raġel u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater De sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.