Il-Malta Handball Association ħabbret ir-riżenja tas-Sur Paul Zammit mill-kariga tiegħu ta’ President, b’effett immedjat. Taħt il-gwida tiegħu, l-assoċjazzjoni kisbet numru ta’ tragwardi notevoli, mexxa proġetti ġodda u rat n-numru dejjem jikber ta’ plejers attivi.
Fid-dawl tar-riżenja tas-Sur Zammit, il-Malta Handball Association se ssejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja nhar it-Tnejn, 28 ta’ Awwissu.
Il-Malta Handball Association tesprimi l-gratitudni tagħha lis-Sur Paul Zammit għas-servizz tiegħu u tawguralu l-isbaħ xewqat. L-assoċjazzjoni tibqa’ impenjata li tkompli tipprovdi opportunitajiet ġodda u tkabbar l-isport tal-handball f’Malta.