Is-seba’ rġiel Sirjani li li ġew mixlija b’tixrid ta’ materjal estremista, qed isostnu li nkisrulhom id-drittijiet fundamentali tagħhom għal smigħ ġust fi żmien ġimagħtejn kif stipulat mil-liġi.
L-akkużati huma Ahmed Ahmed ta’ 27 sena, Yazan Abduklaziz ta’ 26 sena, Ahmed Kadas ta’ 25 sena, Mohammed Mohammed ta’ 24 sena u Ajil Al Muhsen, Adnan Maashi u Khalil Al Mahmoud, li tlieta li huma għandhom 21 sena.
Huma kienu tressqu l-Qorti l-Ħadd 30 ta’ April, u kienu nżammu arrestati.
Huma qed jiġu akkużati b’diversi reati serji, fosthom li xerrdu messaġġi li jħeġġu reati terroristiċi, li rreklutaw jew ħajru persuni jwettqu atti terroristiċi, li għallmu lil persuna jew persuni oħra kif jużaw splussiv jew armi tan-nar, kif ukoll li ppruvaw jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea biex jieħdu sehem f’attakki terroristiċi.
L-irġiel kienu ħarbu mis-Sirja fl-2017 meta l-Gvern Sirjan keċċa l-grupp terroristiku tal-ISIS minn fejn kienu joqgħodu.