Tifel ta’ 13-il sena baqa’ ħaj wara li żelaq u waqa’ iktar minn disa’ sulari fl-irdumijiet ta’ Grand Canyon f’Arizona fl-Istati Uniti.
L-operazzjoni ta’ salvataġġ damet iktar minn sagħtejn u wara t-tifel ittieħed l-isptar għall-kura u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Mal-midja lokali t-tifel spjega li waqa’ wara li kien qed jixxabbat mal-blat biex jieħu ritratt. Qal li kien qiegħed iżomm fuq id waħda però wara ftit ħin beda jitlef il-bilanċ u jaqa’ lura.
Missier it-tifel, li fil-ħin tal-inċident kien id-dar tiegħu f’North Dakota, irringrazzja lil min kien involut biex salva l-ħajja tat-tifel tiegħu.