F’waħda minn sensiela ta’ żjarat bil-għan li jkompli jkun viċin in-nies biex jisma’ u jifhem l-aspirazzjonijiet ta’ kulħadd, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, żar Wied iż-Żurrieq fejn tkellem mal-familji miġbura u mas-sidien tan-negozji.
F’Wied iż-Żurrieq bosta familji kienu qed jgħaddu ftit ħin mal-mistrieħ u divertiment, filwaqt li tfal kienu qed jattendu attivitajiet organizzati minn ċentri edukattivi li jiffrekwentaw.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll ma’ dawk li min-negozju li għandhom fiż-żona jaqilgħu l-għajxien tagħhom u tal-familja tagħhom. Dawn innotaw kif ir-rekord fil-wasliet ta’ turisti f’pajjiżna qed iħallu effett pożittiv fuq l-għajxien tagħhom u tal-familja tagħhom. Fissru kif mit-turiżmu jiekol kulħadd u żoni bħal tagħhom igawdu mis-suċċess fis-settur.
Il-Prim Ministru sema’ suġġerimenti, ilmenti filwaqt li ltaqa’ mad-diversi persuni miġbura f’Wied iż-Żurrieq. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mis-Sindku tal-Qrendi s-Sur David Schembri u rappreżentanti oħra tal-Kunsill Lokali.