Iċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, ħareġ talba għall-bżonn urġenti tad-demm.
Dan hekk kif ir-riserva qiegħda kritika, tant li jistgħu jitħassru xi operazzjonijiet u pazjenti morda bil-kanċer ma jkunux jistgħu jieħdu d-demm fil-ħin.
Intqal ukoll, li gruppi oħra tad-demm huma meħtieġa wkoll.
Iċ-Ċentru jiftaħ kuljum mit-tmienja ta’ filgħodu sas-sitta ta’ filgħaxija, u t-trasport minn u lejn, ikun ipprovdut b’xejn.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt jew il-paġna ta’ Facebook, https://www.facebook.com/bloodmalta.
Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313