Raġel ta’ 62 sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti,beka fil-Qorti wara li ammetta l-akkużi ta’ fastidju sesswali fuq kollega mara, li taħdem miegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal li r-rapport sar minħabba ċertu kliem u atteġġjament li uża r-raġel fil-konfront tal-mara, li qisithom bħala fastidju.
Fil-Qorti, kien hemm preżenti wkoll martu u bintu.
Id-difiża qalet li hu qatt ma ċċappas mal-ġustizzja, li kkopera u li ammetta fi stadju bikri.
Id-difiża u l-prosekuzzjoni qablu li probation tkun piena adegwata.
Ir-raġel ġie sospiż ukoll mill-impjieg tiegħu.