Partitarju Grieg ta’ 22 sena, tat-tim tal-futbol ta’ Ateni, tilef ħajtu wara li qala’ daqqiet b’oġġett jaqta’.
Dan waqt ġlied fil-kapitali Griega, bejn il-partitarji tat-timijiet rivali ta’ Ateni u Zagreb, il-Kroazja.
Dawn l-argumenti vjolenti, li seħħew b’rabta mal-ewwel leg tal-kampjonat taċ-Champonions League, ħallew ukoll minn tal-inqas 8 persuni mweġġa’, fosthom minuri li ntlaqat b’ġebla f’rasu.
Qrib il-grawnd stess, numru kbir ta’ partitarji attakkaw lil xulxin, permezz ta’ grenades, ġebel, u affarijiet oħra.
Iż-żagħżugħ iddaħħal l-Isptar għall-kura, iżda tilef ħajtu ftit tal-ħin wara.
B’rabta ma’dawn l-attakki mdemmija, ġew arrestati 96 persuna.
Irriżulta wkoll li preżenti kien hemm ukoll 100 hooligan Kroat.
Intant il-plejers tat-tim Grieg, sellmu l-memorja ta’ dan iż-żagħżugħ.