In-numru ta’ persuni, li kienu rreġistrati li jaħdmu fuq bażi full time f’Marzu tal-elfejn tlieta u għoxrin, żdied bi tmienja punt erbgħa fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li wera li f’Marzu ta din is-sena kien hemm irreġistrati mitejn u sebgħa u sittin elf, disa’ mija u sebgħin ħaddiem full-time.
Dan kien ġej l-aktar minn żieda, sena għal sena, fl-impjiegi rreġistrati full-time u fil-qgħad irreġistrat.
Ix-xogħol full-time irreġistrati fis-settur privat tela’ b’għoxrin elf tmien mija u tmienja u tmenin persuna għal mitejn u sittax-il elf, disa’ mija u tnejn u tmenin, filwaqt li l-impjiegi fis-settur pubbliku naqsu b’żero punt tnejn fil-mija.
L-għadd taʼ nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time telaʼ bʼsitt mija u wieħed u ħamsin meta mqabbel maʼ Marzu 2022, mentri l-għadd taʼ persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bʼgħoxrin elf, mija u tnejn u għoxrin.
L-istess ċifri tal-NSO juru wkoll li l-għadd ta’ persuni li kellhom part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom żdied bi tlieta punt sitta fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
L-oqsma li l-aktar wasslu għal din iż-żieda kienu l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi u s-settur tat-trasport u l-ħażna.