Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar fi Vjal l-Avjazzoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 23 sena mill-Mqabba u Citroen Berlingo misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Marsaskala.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.