The Last Voyage of the Demeter huwa wieħed minn diversi films, li nħadem fil-faċilitajiet tal-Malta Film Studios fil-Kalkara.
Il-parti l-kbira ta’ dan il-film tal-kumpanija Universal, inħadmet f’Malta, iżda mhux biss.
Il-binja tal-vapur li intuża f’dan il-film, li huwa l-akbar vapur li qatt inħadem fl-industrija tal-films f’pajjiżna, hekk kif huwa twil aktar minn 62 metru, irrikjeda madwar 60 masturdaxxa.
Barra minn hekk, dan il-film ipprovda wkoll opportunità ta’ xogħol għal diversi persuni waqt il-pandemija tal-COVID 19.
Permezz ta’ dan il-film, gawdew ukoll diversi negozji lokali.
It-trailer ta’ dan il-film, rawh aktar minn 21 miljun persuna.
Diversi atturi u l-produttur ta’ dan il-film, André Øvredal, faħħru l-faċilitajiet fil-Kalkara, li setgħu jiprovdu l-aqwa esperjenzi lill-atturi u lil dawk li se jkunu qed jaraw dan il-film.
Faħħru wkoll id-dettall u l-preċiżjoni li nbena bih dan il-vapur, mibni minn grupp ta’ ħaddiema Maltin.
Dan il-film huwa bbażat fuq ir-rumanz ‘Dracula’, fuq vjaġġ abbord il-bastiment ‘Demeter’, minn Carpathia sa Londra.
Liam Cunningham, li ħa sehem fil-film Game of Thrones, David Dastmalchian li ħa sehem fil-film Oppenheimer u Suicide Squad, u Corey Antonio mill-film, In the Heights, huma fost l-atturi f’dan il-film.
Dan il-film, li huwa magħmul mill-kumpanija ta’ Stephen Spielbeirg, u bis-sehem ta’ persuni saħansitra nominati għall-Oscars, se jintwera għall-ewwel darba fil-ħdax t’Awwissu.