L-akbar kumpaniji Ewropej, sofrew minn tal-inqas, telf ta’ €100bn mill-operat tagħhom, wara l-attakk Russu fuq l-Ukrajna, lura fis-sena 2021.
Qalet dan fil-ħarġa tagħha, il-gazzetta Financial Times.
Ġie rrapurtat li stħarriġ li sar fost ir-rapporti annwali u l-analiżi tal-qagħda finanzjarja ta’ 600 grupp Ewropew, irriżulta li 176 kumpanija irreġistrat tnaqqis minħabba diversi fatturi, fosthom minħabba l-għeluq ta’ negozji Russi.
Dan filwaqt li dawn il-kumpaniji ġew ukoll affetwati b’mod indirett b’fatturi bħall-inflazzjoni u prezzijiet ogħla tal-enerġija.
L-akbar telf ġie esperjenzat fis-settur taż-żejt u l-gass, b’telf ta’ madwar €40.6bn fost 3 kumpaniji ewlenin, BP, Shell u Total Energies.
Liema telf, ġie bbilanċjat bi prezzijiet ogħla, kemm fil-gass u kif ukoll fiż-żejt.
Simon Evenett, Professur tal-Ekonomija fi ħdan l-Università ta’ St Gallen, qal li numru żgħir ta’ kumpaniji, esperjenzaw daqqa kbira.
Il-kumpanija BP, tliet ijiem biss wara l-ewwel invażjoni fl-Ukrajna, ħabbret li se tkun qed tbigħ sehem ta’ kawżi 20%, lill-grupp rinomat Rosneft.
Diversi esperti fissru kif, dawk li jitilqu mir-Russja, jitilfu l-flus iżda dawk li jibqgħu ikunu qed jirriskjaw telf ferm ikbar.