Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ħaseb li għalaq il-każ Toni Bezzina meta d-deputat tiegħu qal li se jirtira l-applikazzjoni f’ODZ wara li nqabad mill-gazzetta KullĦAdd li ried jagħmel sfreġju ambjentali. Iżda, mhux hekk qed jgħidu dawk li fl-aħħar xhur tkellmu ħafna dwar l-ODZ.
Mario Mallia, uffiċjal tal-Alternattiva Demokratika, qal fil-programm Arena li l-Partit Nazzjonalista ħareġ bħala wieħed inkonsistenti.