Żagħżugħ ta’ 25 sena ġie salvat milli jegħreq fl-Oċean Atlantiku, 12-il mil bogħod mill-kosta ta’ Florida.
Il-baħħar, Charles Gregory, kien ilu nieqes madwar 35 siegħa, wara li ħareġ jistad kmieni filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-familja tiegħu irraportat l-għajbien tiegħu lill-awtoritajiet.
Huwa ġie salvat wara li intlemaħ minn ajruplan, li kien qed ifittxu.
Charles kien tilef il-life jacket, il-mobile tiegħu, kellu diversi tingiż tal-bram,u saħansitra lemaħ xi klieb il-baħar.