It-tarbija Sirjana li nstabet fit-tifrik li ħalla warajh it-terremot fis-Sirja, issa tinsab b’saħħitha.
It-tarbija kienet instabet bil-kurdun b’kollox, hekk kif ommha, missierha u ħutha, mietu ftit mumenti wara t-twelid tagħha.
Intqal li ommha welldet taħt it-tiġrif stess, hekk kif waqa’ s-saqaf tar-residenza tal-familja.
Is-sit internazzjonali BBC, irraporta kif illum il-ġurnata, Afraa, ħadet saħħitha lura, u qed tgħix maz-zijiet tagħha, li kienu determinati li jsalvawha, hekk kif kienet l-unika memorja li kien għad fadlilhom tal-għeżież tagħhom.
Hija ingħatat ukoll il-laqam ta’ Aya, li bil-lingwa Għarbija, jfisser miraklu.
It-tabib li kien eżamina lit-tarbija, kien qal li kienet imbenġla u li bilkemm kienet qed tieħu nifs, minħabba l-ammont ta’ trab li belgħet.
Meta Afraa, kienet l-Isptar, eluf minn madwar id-dinja offrew li jaddottawha, u b’hekk iz-zijiet tagħha kellhom jagħmlu t-testijiet neċessarji sabiex juru li huma veru l-familja tagħha.