Qed ikompli jkun ikkonfermat li ta’ kull sena jkun hemm iktar Maltin li jagħżlu li jiġu jgħixu lura Malta, wara xi esperjenza barra minn xtutna, milli Maltin li jitilqu minn Malta lejn pajjiż ieħor.
Stħarriġ ta’ ditta privata fl-aħħar snin wera kif iż-żgħażagħ Maltin ikollhom ix-xewqa li jfittxu li jagħmlu esperjenza barra minn Malta, spiċċa tema ewlenija tal-Partit Nazzjonalista li kontinwament jipprova jibni kampanji dwar kif skont hu ħadd ma jrid jgħix Malta.
Iżda, il-fatti qed jibqgħu juru mod ieħor u din id-darba kien il-fact checker tat-Times of Malta li tefa’ dawl dwar dan.
Jirriżultat li filwaqt li huma ħafna Maltin li jfittxu esperjenza barra, eventwalment ħafna jagħżlu li jiġu lura Malta. Dan wara li jkunu daqu l-ħajja f’pajjiż ieħor jew kisbu l-esperjenza li xtaqu fi studju jew xogħol.
Jirriżulta li fis-sena li għaddiet, l-2022, kien hemm 1,800 Malti u Maltija li ġew jgħixu lura pajjiżhom. Dan imqabbel mas-780 persuna li bdew esperjenza f’pajjiż ieħor.
B’hekk għal darb oħra l-fatti jġibu fix-xejn il-kampanja ripetuta tal-Partit Nazzjonalista u l-kelliema tiegħu.
Intant, il-fact checker tat-times of malta ffoka fuq għidut fuq facebook li f’Malta hawn iktar jgħixu barranin milli Maltin.
Għidut li meta ġew mistħarġa fid-dettall nstab li huma wkoll foloz u mxerrda minn paġni li llum huma magħrufa għal fake news.