Ir-Russi attakkaw ċentru tat-trasfużjoni tad-demm fl-Ukrajna, liema attakk ħalla bosta persuni mejta u oħrajn midruba.
Dan ikkonfermah il-President Ukren Volodymyr Zelensky, li qal kif bosta membri tas-salvataġġ għaddejjin b’operazzjoni sabiex jitfu n-nirien qawwija li ħakmu villaġġ sħiħ kawża ta’ dan l-attakk mit-truppi Russi s-Sibt filgħaxija.
Sa issa r-Russja għadha ma tatx kummenti dwar dan.
Intant, il-midja internazzjonali u analisti tal-gwerra fl-Ukrajna, qed jgħidu kif il-kontro-offensiva li qed iwettqu t-truppi Ukreni kontra dawk Russi, għaddejja bilmod ħafna minn dak pjanat li jsir.