VGH qed tassigura lill-pubbliku u lill-komunita’ medika li l-standards u l-proċeduri qed jiġu segwiti meta jiġu ingaġġati l-ħaddiema tal-VGH.Il-kumpanija qalet li l-allegazzjonijet li l-kumpanija qed tingaġġa nies mingħajr kwalifiċi hija falza.
Vitals Global Healthcare saħqet li dawk li qed jiġu ingaġġati mill-isptar kollha għandhom il-kwalifiċi neċċessarji u huma reġistrati mal-kunsilli regolatorji flimkien mal-bords speċjalisti kif stabbilit mill-Gvern. Fi stqarrija, VGH elenkaw li l-prijoritá ewlenija tal-isptar hija li toffri servizz ta’ kwalitá għolja lil pazjenti tagħha. Il-kumpanija impjegat staff kwalifikat u li segwa t-taħriġ neċċessarju.
It-tentattivi distruttivi fuq il-kumpanija qed ixekklu l-opportunitá li professjonisti mediċi jkomplu jagħmlu progress u li jieħdu opportunitajiet ġodda li qed joffri VGH.