Fit-training grounds ta’ Newcastle United, il-Ġimgħa filgħodu l-manager tat-tim Eddie Howe indirizza l-media f’konferenza stampa li saret lejliet il-bidu tas-Sela Cup li hija preżentata minn VisitMalta.
Għal dan it-tournament se jkun qed jieħdu sehem Newcaslte United, Nice, Villareal u Fiorentina bl-erba partiti jintlagħbu bejn għada s-Sibt u l-Ħadd.
Howe beda l-konferenza billi qal li jinsab kuntent li wara t-tour li kellhom fl-Istati Uniti t-tim issa jinsab lura f’darhu għal partiti tat-tmiem il-gimgħa dan għaliex ilhom ħafna ma’ jilgħabu quddiem il-partitarji tagħhom.
Mistoqsi dwar hekk hemmx xi plejers li mhux ser ikunu disponsibli għal dan it-turnament, l-manager ta’ Newcastle qal li Joe Willock u Emil Krafth mhumiex disponibli filwaqt li hemm dubju dwar Fabian Schär.
Eddie Howe tkellem wkoll dwar l-akkwisti l-ġodda li saru f’dan is-suq ta’ trasferimenti. Huwa sostna li Sandro Tonali ġej minn Kampjonat differenti iżda qed jintegra fl-skwadra b’mod tajjeb ħafna filwaqt li Harvey Barnes huwa plejer li jaf sewwa l-futbol Ingliż iżda irid ż-żmien sabiex jaddata wara li kienu ilu żmien twil mat-tim ta’ Leicester City.
Mistoqsi mill-medja Maltija preżenti dwar x’qed jistenna mil-partiti kontra Fiorentina u Villareal, Howe tenna li kull tim se joffri sfida partikolarment Fiorentina wara li dawn tal-aħħar matul l-istaġun li għadda waslu sal-finali tal- UEFA Europa League.
Matul lis-stess konferenza, ġiet diskussa s-serje We Are Newcastle United, fejn Howe wera l-apprezzament tiegħu għat-tragwardi li ġew milħuqa l-istaġun li għadda filwaqt li fuq bażi personali jippreferi li l-affarijiet tal-klabb jibqgħu miżmuma internament.
Is-Sela Cup, preżentata minn VisitMalta, se tibda s-Sibt bl-ewwel partita tlaqqa Nice kontra Villareal fil-13.30 filwaqt li fil-16.30 Newcaslte United jilgħabu kontra Fiorentina.