Qalb dak li kien fadal minn splużjoni, qalb id-dmija u realtajiet diffiċli li qed ikollu jaffaċċja dan iċ-ċkejken. Huwa beda jgħajjat “Baba,carry me” bit-tama li missieru jiġi għalih u jgħinu f’dak il-mument ta’ uġigħ. Dan iċ-ċkejken tilef saqajh wara bumbardament li sar fis-Sirja.
Din hija x-xena li t-tobba u l-infermiera li qed jassistu l-pazjenti fis-Sirja kellhom jaffaċċjaw il-Ħamis wara nofsinhar fil-provinċja ta’ Idlib. Dan it-tifel deher fil-filmat li qed idur fuq il-midja soċjali.
L-attakk allegatament sar mis-suldati Sirjani iżda minkejja dan ir-reġim Sirjan u l-midja Sirjana ma kkonfermatx dawn l-allegazzjonijiet.