Erba’ passiġġieri li kienu fuq karozza tal-linja kellhom jittieħdu ċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid ghall-kura wara li x-xarabank li kienu fiha kienet involuta f’ħabta ma’ trakk tal-irmonk.
Il-każ seħħ fi Triq Luqa f’Raħal Ġdid. Ritratti li kiseb one.com.mt jidher li diversi panelli tal-ħġieġ tal-karozza tal-linja sfaw imkissra kawża tal-impatt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post hemm ukoll ħaddiema tas-sezzjoni tal-infurzar ta’ Transport Malta li qed jassistu lit-traffiku hekk kif it-triq kellha tingħalaq miż-żewġ naħat.