Raġel ta’ 62 sena residenti l-Gżira, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fl-inħawi tal-Aħrax limiti tal-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hyundai I10 misjuqa minn Olandiż ta’ 30 sena, u mutur Honda misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin