Il-Papa Franġisku appella għall-paċi fl-Ewropa fl-ewwel jum tiegħu f’Lisbona, l-Portugall, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.
Waqt dan l-avveniment, li hu l-ewwel wieħed li qed jiġi organizzat wara l-pandemija, il-Papa saħaq li l-Ewropa għandha terġa’ tieħu lura postha bħala post li tibni l-pontijiet u taħdem favur il-paċi.
Hekk kif kien qed jindirizza eluf ta’ Kattoliċi żgħażagħ, il-Papa indirizza wkoll temi importanti bħat-tibdil fil-klima u sfidi oħrajn, li qed tiffaċċja d-dinja bħalissa.
Il-Papa mistenni li jqatta’ sal-Ħadd li ġej fil-Portugall, fejn hu mifhum li se jkun qed jiltaqa’ fil-privat ma’ persuni li kienu abbużati meta kienu żgħar u se jkun qed jiffaċċja skandlu li bħalissa għaddej b’rabta ma’ abbuż sesswali mill-kleru tal-pajjiż.
Il-Papa Franġisku mistenni jżur ukoll lill-President Portugiż u jtemm iż-żjara b’quddies.