Il-General Workers’ Union irtirat it-tilwima industrijali mal-kumpanija MIMCOL hekk kif waslu fi qbil mal-maniġment dwar il-ħlas miftiehem, dak ta’ disturbance allowance annwali wara li dawn fehmu s-sitwazzjoni.
Wara laqgħa ta’ konċiljazzjoni għand id-DIER, intlaħaq ftehim bejn it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi u l-maniġment tal-MIMCOL.
B’hekk il-ħaddiema rċivew email li qed tinfurmahom li se jingħataw l-allowance tas-sena 2022 minħabba n-natura tax-xogħol taghhom u minħabba l-esiġenzi tal-MIMCOL.
Il-General Workers’ Union kienet iddikjarat tilwima industrijali mal-kumpanija MIMCOL dwar il-ħlas ta’ disturbance allowance f’Ġunju li għadda.
Dan ġara wara li l-maniġment ikkonferma mat-Taqsima Gvern u Entitijiet Pubbliċi li ma kienx se jħallas id-disturbance allowance annwali, li kien jingħata ta’ kull sena minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom u minħabba l-esiġenzi tal-MIMCOL.